Wasalna fl-ahhar gimgha ta’ din il-kampanja elettorali. Nistghu insejhulu il-mument tal-verita’. Dan hu il-mument fejn il-kontenut tal-proposti taz-zewg partiti ghal-legislatura li gejja ghandhom ikunu fic-centru ta’ l-attenzjoni taghna. Fuq kollox dan hu il-qofol ta’ politika serja – x’direzzjoni ser jiehu pajjizna fis-snin li gejjin.
Dan ghaliex f’elezzjoni l-ghazla li hemm bzonn li naghmlu mhux bejn partit u iehor izda bejn tip ta’ gvern u iehor. Hija ghazla bejn il-vizjoni, l-idejat, u l-istrategiji dwar kif sejrin inkomplu nimxu ‘l quddiem. Dan ma jfissirx li l-personalitajiet fil-politika mhumiex importanti. Izda il-personalitajiet fil-politika irridu narawhom fl-isfond ta’ l-idejat li dawn ihaddnu.
Naturalment huwa facli li wiehed jikkritika lill-Gvern li seta’ jaghmel aktar u ma ghamilx; u ghaliex certu idejat godda ma gewx attawati qabel. Izda li partit li jkun fil-Gvern jibqa’ johrog bi proposti godda, hija prova ta’ politika serja. Jien nippretendi li partit, anke jekk ikun ilu fil-Gvern, xorta wahda ikun ghadu mimli b’idejat friski; b’idejat dwar kif pajjizna jista’ jkompli javvanza fl-oqsma kollha tal-hajja.
Fuq kollox dan hu li naghmlu bhala bnedmin fil-hajja taghna. Ahna nafu li ma nistghux naghmlu kollox f’daqqa. Allura nibdew naghmlu l-affarijiet bicca, bicca, u meta inlestu xi haga, nibdew fuq xi haga ohra. Nippruvaw dejjem intejbu il-mod kif nghixu, skond kif nifhmuha kull wiehed u wahda minna. Din turi is-serjeta’ taghna bhala persuni.
Fil-politika l-istess haga. Naraw x’sar, naraw x’qed isir bhalissa u naraw x’nistghu naghmlu fil-futur. Huma dawn l-affarijiet li jaghtu direzzjoni lil pajjizna u mhux l-attakki perosnali. Fil-mument tal-verita’ is-serjeta’ fil-poltika titlob li niddeciedu fuq il-kontenut tal-proposti biss.
Saturday, March 1, 2008
Subscribe to:
Post Comments (Atom)

No comments:
Post a Comment