Saturday, February 16, 2008

Il-Partit Nazzjonalista hu il-partit ta’ l-ambjent

Din il-gimgha li ghaddiet il-Partit Nazzjonalista iffoka fuq l-ambjent. Il-proposta li laqtet l-attenzjoni ta’ hafna nies hi li l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi ser jiehu f’idejh ir-riforma ta’ l-Awtorita’ Maltija ghall-Ippjanar u l-Ambjent (MEPA). Izda importanti wiehed jinnota li kien hemm aktar proposti fuq l-ambjent li jindirizzaw mhux biss il-bini izda wkoll it-tniggiz ta’ l-arja, il-bidla fil-klima, sorsi alternattivi ta’ l-energija u aspetti ohra li mhux biss jipprotegu, izda wkoll isahhu l-ambjent li nghixu fih.

Meta wiehed jitkellem fuq l-ambjent wiehed irid izomm f’mohhu dejjem il-fatt li ahna gzira zghira ta’ 300 kilometru kwadru, b’popolazzjoni ta’ ‘l fuq minn 400,000 ruh, bin-numru ta’ turisti li jlahhaq il-1,300,000. Ghalhekk wiehed jifhem li l-bzonn li ghandna ta’ bini f’din ic-ckejkna gzira mhux zghir.

Imbaghad wiehed irid izid il-bzonn li ghandna f’Malta ghal infastruttura li fi bliet tad-daqs taghna ma ghandhomx. Ahna ghandna bzonn li jkollna il-power station taghna, ghandna bzonn li jkollna l-ajruport taghna, ghandna bzonn li jkollna l-isptar taghna. Ghalhekk il-piz fuq l-ambjent jikber.

Hemm bzonn ukoll li nsahhu l-ekonomija, noholqu ix-xoghol ghall-haddiema Maltin, nistimolaw il-kummerc. Allura ghandna bzonn il-fabbriki, ghandna bzonn il-hwienet, ghandna bzonn il-lukandi, ghandna bzonn strutturi bhall-Freeport li huma il-bazi ta’ l-ekonomija taghna.

Min-naha l-ohra zgur naqblu li hemm bzonn niehdu hsieb l-ambjent taghna, Izda li niehdu hsieb l-ambjent ma jifssirx biss li nikkontrollaw il-bini jew li insebbhu il-kampanja fejn inqattghu il-hin liberu taghna. Niehdu hsieb l-ambjent ukoll billi ikollna sistemi ta’ riciklagg ta’ l-skart addatati ghad-dinja tal-lum; billi naghmlu uzu minn energija li tigi minn sorsi li jiggeddu bhar-rih, billi naghtu il-kontribut taghna biex niehdu hsieb il-klima, billi ma nniggsux l-arja.

Dan ifisser li hemm bzonn li noholqu bilanc bejn il-bzonnijiet ambjentali u il-bzonnijiet ta’ l-ekonomija u tas-socjeta’. Meta nitkellmu fuq zvilupp sostenibbli, dan ifisser li hemm bzonn insostnu l-ambjent u hemm bzonn li nsostnu l-attivita’ ekonomika.

Il-fatti juru li l-Partit Nazzjonalista biss wera li hu knoxju mill-bzonn tal-bilanc li qed insemmu. Il-Partit Nazzjonalista mhux biss hu konxju minn dan, izda ghandu il-policies li jressquna lejn dan il-bilanc. Il-proposti tal-Partit Nazzjonalista ghall-elezzjoni li gejja ipoggu lill-ambjent fil-qalba ta’ l-azzjoni governattiva. Ghlhekk il-Partit Nazzjonalista jista’ jghid li hu il-partit ta’ l-ambjent.

No comments: